M'ilux, mort s'għand it-tabib
Mort minn jeddi, mingħajr taħbit
Għedtlu għandi ħafna ħsibijiet u influwenzi
Tini d-duwa, tini d-duwa mingħajr konsegwenzi
Għax naħseb għandi d-deni tabib
Naħseb li jien ma nafx xi rrid
Tini xi ħaġa, ħalli ngħix kif irrid
Qed nara kullimkien iswed tabib
Għinni biex lid-dinja nara b'mod kulurit
Għax bil-buffi li hawn madwari, hawn ħafna taħwid
Diffiċli tidħaq, diffiċli tidħaq u tkun pożittiv
Għax naħseb għandi d-deni tabib
Naħseb li jien ma nafx xi rrid
Tini xi ħaġa, ħalli ngħix kif irrid
Għax naħseb għandi d-deni tabib
Naħseb li jien ma nafx xi rrid
Tini xi ħaġa, ħalli ngħix kif irrid
Mhux li kien id-dinja tħallini
'K għandek problema nsieni!