Fis-skiet u l-kwiet hawn ħdejk
Fil-moħbi nsibek qrib
Fil-ħemda nistenniek
Fik qalbi hena ssib
Irrid li nafek, irrid li nħobbok
Il-leħen tiegħek nisma' rrid
Irrid li mmissek, li nara wiċċek
Lilek biss, naf, lilek biss irrid, lilek biss irrid
Kull jum li jgħaddi minni
Infittex li nkun qrib
Inħares hemm quddiemi
Żgur lilek ser insib
Irrid li nafek, irrid li nħobbok
Il-leħen tiegħek nisma' rrid
Irrid li mmissek, li nara wiċċek
Lilek biss, naf, lilek biss irrid, lilek biss irrid